Talb u Qaddisin · 14 ta' Awwissu 2026

ISMA' : Riflessjonijiet fuq il‑Qari tal‑Ħadd

Mara, il-fidi tiegħek kbira.

Kattoliċi Maltin

Kattoliċi Maltin

5 min qari

ISMA' : Riflessjonijiet fuq il-Qari tal-Ħadd
Isma' l-awdjo

ISMA' : Riflessjonijiet fuq il-Qari tal-Ħadd

Ikklikkja biex tisma'

SOSTNI MEDIA KATTOLIKA
Irreklama hawnhekk
KELLIMNA HAWN

Inħeġġuk tisma' din ir-riflessjoni ppreparata mis-Suddjaknu Dennis Mifsud biex tmur ppreparat għall-Quddies ta' Nhar il-Ħadd li ġej.

Infakkru li peress li l-Festa ta' Santa Marija ġejja s-Sibt u hija Solennita bl-Obbligu tal-Quddiesa wieħed għandu jara li jisma' il-Quddiesa tas-Solennita' u ukoll il-Quddiesa tal-Ħadd.

Qari I

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija

Ibqa' aġġornat/a bl-aħbarijiet il-ġodda bl-email.

Iż 56:1,6-7

Lil ulied il-frustier inwassalhom sal-muntanja mqaddsa tiegħi.

 

Dan jgħid il-Mulej:
“Żommu s-sewwa u agħmlu l-ġustizzja,
għax is-salvazzjoni tiegħi għoddha waslet,
u l-ġustizzja tiegħi dalwaqt tfeġġ.
Ulied il-frustier li ntrabtu mal-Mulej biex jaqduh,
u biex iħobbu isem il-Mulej,
u jkunu qaddejja tiegħu,
kull min iħares is-Sibt u ma jiksrux
u jżomm sħiħ fil-patt tiegħi,
lil dawn inwassalhom sal-muntanja mqaddsa tiegħi,
u nferraħhom f’dar it-talb tiegħi.
Il-vittmi maħruqa u s-sagrifiċċji tagħhom
ikunu jogħġbuni telgħin minn fuq l-altar tiegħi,
għax dari dar it-talb tissejjaħ għall-popli kollha”.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

Irroddu ħajr lil Alla.


Salm Responsorjali

Salm 66(67):2-3,5,6,8

(4): Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla.

 

Iħenn għalina Alla, u jberikna;
idawwar għal fuqna d-dija ta’ wiċċu!
Biex jingħarfu fuq l-art triqatek,
fost il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek. ℟.

Jithennew il-ġnus u jgħannu bil-ferħ,
għax trieġi l-popli bis-sewwa,
u l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom. ℟.

Ifaħħruk il-popli, o Alla,
ifaħħruk il-popli kollha.
Iberikna Alla, u tibża’ minnu
l-art kollha minn tarf għall-ieħor! ℟.


Qari II

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani

Rum 11:13-15,29-32

Alla ma jreġġax lura d-doni u s-sejħa li ta lil Iżrael.

 

Ħuti, issa ngħid lilkom, il-pagani. Sakemm jiena appostlu tal-pagani nibqa’ nagħmel ġieħ lill-ministeru tiegħi, bit-tama li nqajjem l-għira ta’ ġensi u hekk insalva lil xi wħud minnhom. Għax jekk it-tkeċċija tagħhom ġiebet il-ħbiberija tad-dinja ma’ Alla, l-ilqugħ tagħhom mill-ġdid xi jkun ifisser, jekk mhux ħajja mill-imwiet?

Alla ma jreġġax lura d-doni u s-sejħa tiegħu. Bħalma fl-imgħoddi intom ma kontux tobdu lil Alla, imma issa sibtu l-ħniena tiegħu minħabba d-diżubbidjenza tagħhom; hekk huma wkoll mhumiex jobduh minħabba l-ħniena li sibtu intom mingħandu, ħalli issa huma wkoll isibu l-ħniena.

Għax Alla ħalla ’l kulħadd fil-jasar tad-diżubbidjenza, biex jagħmel ħniena ma’ kulħadd.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

Irroddu ħajr lil Alla.

Akklamazzjoni Qabel l-Evanġelju

Hallelujah. Hallelujah.

Mt 4:23

Ġesù dar il-Galilija kollha jgħallem fis-sinagogi tagħhom,
ixandar l-Evanġelju tas-Saltna
u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu.

 

Hallelujah.

Evanġelju

Qari mill-Evanġelju skond San Mattew

Mt 15:21-28

Mara, il-fidi tiegħek kbira.

 

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna!”. Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna”. Imma hu qalilhom: “Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta’ Iżrael”.

Iżda hi resqet, inxteħtet quddiemu u qaltlu: “Għinni Mulej!”. Hu weġibha: “Mhux sewwa tieħu l-ħobż tal-ulied u tixħtu lill-ġriewi”. “Hekk hu, Mulej”, qaltlu, “iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda ta’ sidienhom!”. Imbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: “Mara, il-fidi tiegħek kbira! Ħa jsirlek kif tixtieq”. U minn dak il-ħin stess bintha fieqet.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

Tifħir lilek Kristu.

Agħmel Il-Ġid, Ixxerja dan l-Artiklu...

“Morru fid-dinja kollha u xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” — Ġesù Kristu

SOSTNI MEDIA KATTOLIKA
Irreklama hawnhekk
KELLIMNA HAWN
Abbona b'xejnKattoliċi Maltin
Ibqa' aġġornat/a

Irċievi l-aħħar aħbarijiet direttament

Ħalli d-dettalji tiegħek u nibagħtulek l-artikli l-ġodda bl-email.

Id-dettalji tiegħek jinżammu b'mod sigur, ma jinbiegħu jew jinqasmu ma' ħadd, u jintużaw biss biex nibagħtulek l-aħbarijiet tagħna (GDPR). Aqra iktar dwar kif nipproteġu d-dejta tiegħek fil- Privacy Policy.