Festi u Baned · 19 ta' Ottubru 2026

Festa ta' San Carlo Acuti għat‑tfal

Agħfas Hawn u Ikteb Artiklu int ukoll
Knisja Santa Marija ta' Ġesu', Rabat

Knisja Santa Marija ta' Ġesu', Rabat

2 min qari

Festa ta' San Carlo Acuti għat-tfal

Festa ta’ San Carlo Acutis fir-Rabat nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Ottubru 2026

Il-Patrijiet Franġiskani tal-Knisja Santa Marija ta’ Ġesù fir-Rabat jistiednu lill-pubbliku għall-Festa ta’ San Carlo Acutis, li se tiġi ċċelebrata nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Ottubru 2026 permezz ta’ programm reliġjuż u komunitarju għat-tfal u l-familji.

Ibqa' aġġornat/a bl-aħbarijiet il-ġodda bl-email.

Il-programm jibda fid-9:00a.m. b’Quddiesa għat-tfal tal-Iskola Primarja tar-Rabat.

Fil-5:30p.m. jitlaq korteo mill-Knisja u s-Santwarju tal-Madonna tas-Saħħa, bix-xbihat ta’ San Franġisk u San Carlo Acutis. Jieħdu sehem l-abbatini, it-tfal u t-tfal tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. Il-korteo jgħaddi minn Triq l-Isptar, Triq il-Kbira u Triq San Pawl, u jintemm fil-Knisja Santa Marija ta’ Ġesù.

Fis-6:00p.m. tiġi ċċelebrata Quddiesa Solenni bil-prietka minn Patri Joseph Caruana O.F.M., Gwardjan tal-Knisja Santa Marija ta’ Ġesù. Fi tmiem il-Quddiesa tingħad it-Talba ta’ Interċessjoni lil San Carlo Acutis quddiem il-Bust Relikwarju.

Il-Quddiesa tkun animata mill-Kor tat-Tfal Father’s Angels tal-Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema.

Il-Patrijiet Franġiskani jistiednu lit-tfal, lill-familji u lill-pubbliku sabiex jingħaqdu magħhom għal din iċ-ċelebrazzjoni ta’ fidi, komunità u ferħ f’ġieħ San Carlo Acutis.

Agħmel Il-Ġid, Ixxerja dan l-Artiklu...

“Morru fid-dinja kollha u xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” — Ġesù Kristu

SOSTNI MEDIA KATTOLIKA
Irreklama hawnhekk
KELLIMNA HAWN
Abbona b'xejnKattoliċi Maltin
Ibqa' aġġornat/a

Irċievi l-aħħar aħbarijiet direttament

Ħalli d-dettalji tiegħek u nibagħtulek l-artikli l-ġodda bl-email.

Id-dettalji tiegħek jinżammu b'mod sigur, ma jinbiegħu jew jinqasmu ma' ħadd, u jintużaw biss biex nibagħtulek l-aħbarijiet tagħna (GDPR). Aqra iktar dwar kif nipproteġu d-dejta tiegħek fil- Privacy Policy.