RITRATTI: Il‑Kappillan ta’ Marija Reġina jiltaqa’ mal‑Papa
Il-Papa bidel ukoll il-karlotta tiegħu ma' dik offruta mill-Parroċċa
Kattoliċi Maltin
3 min qari
Nhar l-Erbgħa 5 ta' Awwissu, il-Kappillan tal-Parroċċa Marija Reġina Marsa iltaqa' personalment mal-Papa Ljun XIV li bierek ix-xettru li ser jitqiegħed f'idejn il-vara titulari ta' Marija Reġina - rigal ta' diversi nies fil-50 sena mill-miġja tal-istess vara.
Ibqa' aġġornat/a bl-aħbarijiet il-ġodda bl-email.

F'diskursata pjuttost twila li kellhom, il-Papa bidel ukoll il-karlotta tiegħu ma' dik offruta mill-Parroċċa u wassal il-barka tiegħu fuq il-Komunità Parrokkjali u dawk li jiġu jitolbu ma' din il-Komunità. Hu wera wkoll l-apprezzament tiegħu għall-ġest tax-xettru li għoġbu mmens.

Fr Anthony kien akkumpanjat minn delegazzjoni mill-Parroċċa li offrew ukoll rigal lill-Papa f'isem il-Parroċċa.
Agħmel Il-Ġid, Ixxerja dan l-Artiklu...
“Morru fid-dinja kollha u xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” — Ġesù Kristu

