
Kattoliċi Maltin
·14 ta' Awwissu 2026
Ħlejju bil-bosta ismek Marija
Għalija barka li ma nfissirhiex,
Inti ommi li tieħu ħsiebi
Biex fil-ħajja qatt w qatt ma nintrehiex.
Kemm parroċċi iddedikati
Għalik għandna hawn f’Malta u f’Għawdex,
Ismek minqux f’kull rokna t’artna
Narawh ileqq fil-għodwa u fl-għabex.
O Marija, imtella’ s-sema
Ħarsti lejk, profonda, ma tħares qatt,
Mill-għatba ‘l ġewwa ta’ kamarti
Miegħek issalpa lil hinn minn kull xatt.
Ejja Marija, ejja f’qalbi,
Int id-dawl ħelu li dejjem jiddi,
L-umiltà tiegħek kemm tispikka
Lill-fommi darrietu ‘il-ħajr jiżżi.
Imxi miegħi fi triqti twila
Żommli idejja sewwa, la titlaqnix,
Għax miegħek nimxi triq il-ħajja
Naf fiċ-ċert li l-ħażen ma jiblagħnix.
Berikni bil-barka qawwija
Li tinsab fik għax iġġorrha miegħek,
Ressaqni lejn Ibnek l’hu ħija
Illum, f’jum it-tlugħ fis-sema tiegħek.
Aqsam din il-poeżija ma' ħaddieħor.
← Lura għall-paġna prinċipalilejju-bil-bosta-ismek-marija