Aħbarijiet · 19 ta' Ottubru 2026

Sajda Museumina: attività għall‑familja kollha

Sajda Museumina attività għall-familja kollha

Agħfas Hawn u Ikteb Artiklu int ukoll
St

Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM)

2 min qari

Sajda Museumina: attività għall-familja kollha

Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija MUSEUM, se torganizza attività speċjali għall-familja kollha bl-isem Sajda Museumina.

L-isem tal-attività huwa ispirat mis-sejħa ta’ Kristu lill-ewwel dixxipli tiegħu: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin” (Mt 4,19). Permezz ta' din l-inizjattiva, is-Soċjetà tixtieq tiċċelebra l-missjoni tagħha ta’ formazzjoni Nisranija filwaqt li tilqa’ lill-pubbliku biex isir jaf aktar mill-qrib il-ħajja, il-ħidma u l-appostolat tagħha fil-gżejjer Maltin u madwar id-dinja.

Ibqa' aġġornat/a bl-aħbarijiet il-ġodda bl-email.

F’Għawdex, is-Sajda Museumina se ssir fl-10 ta’ Settembru fiċ-Ċentru tal-MUSEUM tal-Belt Victoria.

F’Malta se ssir fis-17, fit-18 u fid-19 ta’ Settembru. L-attività tibda fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Dar il-Ħanin Samaritan f’Santa Venera u tkompli fil-grawnds tal-Iskola St Michael.

Kull waħda mill-erba’ serati tibda fis-6:30 p.m. Il-programm jinkludi wirjiet, spazji interattivi, attivitajiet għat-tfal, kif ukoll taħditiet minn membri tas-Soċjetà adattati għal etajiet differenti.

Kulħadd huwa mistieden biex jingħaqad magħna għal din l-attività u jesperjenza din is-Sajda b’differenza.


Agħmel Il-Ġid, Ixxerja dan l-Artiklu...

“Morru fid-dinja kollha u xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” — Ġesù Kristu

SOSTNI MEDIA KATTOLIKA
Irreklama hawnhekk
KELLIMNA HAWN
Abbona b'xejnKattoliċi Maltin
Ibqa' aġġornat/a

Irċievi l-aħħar aħbarijiet direttament

Ħalli d-dettalji tiegħek u nibagħtulek l-artikli l-ġodda bl-email.

Id-dettalji tiegħek jinżammu b'mod sigur, ma jinbiegħu jew jinqasmu ma' ħadd, u jintużaw biss biex nibagħtulek l-aħbarijiet tagħna (GDPR). Aqra iktar dwar kif nipproteġu d-dejta tiegħek fil- Privacy Policy.